“Bija Titmejjel, Bil-Qraba Tar-Residenti Titmejjel Imma Issa Anke Bl-Awtorità?!” – John Bundy B’Filmat Emozzjonanti

 “Bija Titmejjel, Bil-Qraba Tar-Residenti Titmejjel Imma Issa Anke Bl-Awtorità?!” – John Bundy B’Filmat Emozzjonanti

“Qed nagħmel dan il-video għal żewġ raġunijiet; għalija u għal għażiża ommi u għal dawk li ma għandhomx mezzi jew jibżgħu jitkellmu”, beda l-filmat li tella’ fuq facebook tiegħu John Bundy. Stqarr li ma xtaqx jagħmlu dan il-filmat imma kultant, is-sitwazzjoni ma tħallilekx alternattiva.

Spjega kif ftit ilu, ommu talbitu jixtrilha żewġ pastizzi u hekk għamel iżda malli wasal, ir-receptionist tal-home infurmatu li l-management qallha biex tgħid li pastizzi u ikel fil-home ma jidħlux minħabba l-Covid-19. Kompla billi qal li ħalla l-pastizzi fuq it-tieqa, ħa ritratt, tella’ post fuq facebook u qam tsunami, iżda ma waqafx hemm.

“Għaliex wieħed isaqsi mela l-covid-19 fil-homes daħlet mill-pastizzi, mil-luminata, miċ-ċikkulata fil-homes? Ma nafx hux tidħaqx jew tibki!”, kompla Bundy filwaqt li qal li għamel rapport lill-Awtorità tal-istandards (SCSA) li għamlet l-investigazzjoni tagħha u wara ġranet marret lura b’risposta u kellu telefonata minn uffiċjal tal-awtorità li qallu li l-management tal-home qaltlu li l-pastizzi ġew rifjutati minħabba li s-sinjura Bundy qiegħda fuq liquid diet. 

Liema hi r-risposta vera? Filli minħabba l-covid u filli għax qiegħda fuq liquid diet. John Bundy jsaqsi “kif qraba ma jafux li ommi qiegħda fuq liquid diet? Sa ftit ġranet qabel ħadnielha l-croissants u l-gallettini lil ommi u ħadd ma qalilna li qiegħda fuq liquid diet?”

John Bundy kompla billi qal li din l-ipokrezija se jipprovaħha! Stqarr ukoll li dan il-filmat m’għamlux kontra l-istaff anzi rringrazzjahom għad-dedikazzjoni kbira u l-ħidma li jwettqu. Kwazi bid-dmugħ f’għajnejh, Bundy jtemm billi jgħid: “L-Anzjani mhumhiex numri, l-anzjani huma dawk li aħna bis=saħħa tagħhom qegħdin hawn!” Araw il-filmat sħiħ hawn taħt…

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com