Filmat: Il-Mument Orribbli Meta Mara Ntlaqtet Minn Tir F’Għonqa Fil-Capitol

 Filmat: Il-Mument Orribbli Meta Mara Ntlaqtet Minn Tir F’Għonqa Fil-Capitol

Ilbieraħ diversi partitarji ta’ Trump daħlu fil-bini tal-Capitol f’Washington sabiex iwaqqfu lill-Kungress milli jiċċertifika lil Joe Biden bħala rebbieħ tal-elezzjoni Presidenzjali. Fost dawn il-partitarji kien hemm mara li spiċċat biex inħarġet mill-bini miksija demm wara li ntlaqtet minn tir f’għonqha.

Fil-filmat t’hawn taħt jinstema’ tir u sekondi wara tidher mara mixħuta fl-art li ftit ftit tibda’ tintilef minn sensiha. Diversi persuni jinżlu ħdejha sabiex jgħinuha, fosthom raġel b’uniformi li kien armat.

Il-mara mietet ftit tas-sigħat wara u ġiet identifikata bħala Ashli Babbitt. Żewġha ddeskriviha bħala partitarja kbira ta’ Trump u patrijotta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com