AĠĠORNAT: Gavin Gulia Jirriżenja Minn Deputat Biex Ikompli Jservi Fl-MTA

 AĠĠORNAT: Gavin Gulia Jirriżenja Minn Deputat Biex Ikompli Jservi Fl-MTA

L-Avukat Gavin Gulia rriżenja minn deputat parlamentari ftit wara li ħa l-ġurament tal-ħatra bħala deputat. F’diskors qasir wara li ħa l-ġurament tal-ħatra, Dr Gulia qal li fuq talba tal-Prim Ministru huwa se jibqa’ fil-kariga ta’ chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bil-għan li josserva t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tat-turiżmu. Strateġija li għandha l-għan tindirizza l-isfidi li ġabet magħha l-Covid-19.

Intant fi stqarrija, il-Ministeru għat-Turiżmu qal li aktar kmieni llum, qabel ma’ Dr Gavin Gulia ħa l-ġurament tiegħu bħala Deputat Parlamentari tar-Rappreżentanti fl-elezzjoni każwali li saret fuq is-seba’ distrett, huwa rriżenja mil-irwol tiegħu bħala Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Jidher li s-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ Malcolm Galea beda jissemma bħala l-persuna li jista’ jieħu post Gavin Gulia wara li dan għandu appoġġ tajjeb mis-7 distrett u jgawdi fiduċja mill-Prim Ministru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com