“Għadni Xxukkjata Bir-Riżultat U Grata Mmens” – Ir-Rebbieħa Tal-Festival ‘Kantamagħna’

 “Għadni Xxukkjata Bir-Riżultat U Grata Mmens” – Ir-Rebbieħa Tal-Festival ‘Kantamagħna’

“Għadni xxukkjata bir-riżultat u ninsab grata mmens”, kienu dawn il-kummenti tal-kantanta Gail Attard li rebħet it-tieni edizzjoni tal-festival ‘Kantamagħna’ organizzat mill-band Għawdxija DCapitals mmexxija mill-Maestro George Apap.

Gail Attard rebħet il-kategorija ta’ bejn 18 u 30 sena kif ukoll il-premju overall. Hi rebħet sena kuntratt mal-Band DCapitals kif ukoll se ddoqq f’kunċert fl-Italja mal-Maestro Taljan ta’ fama internazzjonali Diego Basso.

Fit-tieni post tal-kategorija ta’ bejn it-18 u 30 sena ġiet il-kantanta Danica Muscat.

Kategorija A ta’ bejn l-10 u 13-il sena ntrebħet minn Eliza Stellini u fit-tieni post ġiet Julia Ricci Costa.

Kategorija B ta’ bejn 14 u 17-il sena ntrebħet minn Julia Azzopardi u fit-tieni post ġiet Riona Degiorgio.

Eliza Stellini rebħet ukoll id-Distinct Talent Award li għalih vvutaw il-membri tal-Band.

Il-festival sar fit-teatru Astra fir-Rabat Għawdex b’udjenza limitata minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 u l-festival ser jixxandar fuq TVM fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-Premju prinċipali ġie ppreżentat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

https://www.facebook.com/gailattard.official/posts/1633691436803745

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com