“Għal 11-Il Sena Il-Klijenti Afdawni Bis-Sigrieti Tagħhom…”

 “Għal 11-Il Sena Il-Klijenti Afdawni Bis-Sigrieti Tagħhom…”

Is-Sesswologu Matthew Bartolo llum qed jiċċelebra l-11-il sena tiegħu ħidma fis-settur. Settur li sostna magħna, kemm 11-il sena kienu tabù f’pajjiżna.

Iħossu grat lejn il-klijent li għa 11-il sena sħaħ afdawh bis-ssigrieti tagħhom biex jgħinhom itejbu ħajjithom.

Tenna magħna li llum il-ġurnata jħoss li bħala soċjetà mxejna ħafna. “Qed naċċettaw iżjed nies differenti, ta’ orjentazzjoni differenti, u anke sirna nitkellmu iktar fuq is-sess.”

Matthew saħaq li huwa konxju li s-sess huwa privat u suġġett intimu ħafna u għalhekk ta’ kuljum iħossu kburi ħafna li ta’ kuljum ikun hemm koppji u individiwi li jħossuhom komdi jfittxu l-għajnuna.

Qasam magħna wkoll il-ħsieb li kien jingħad lilu fil-bidu ta’ xogħlu, fejn kienu jgħidulu li bis-sess f’Malta qatt mhu se jkollu xogħol biex imantni lilu nnifsu. Kien hemm ukoll min qallu li s-soċjetà se tirriġettah u se tħares lejh b’mod negattiv.

Iżda llum, Matthew għandu tim ta’ kważi 40 ruħ f’suġġetti relatati ma’ dan il-qasam.

Minn Stradarjali.com, awguri Matthew u prosit tal-ħidma tiegħek li biha tgħin ħafna nies!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com