Gilbert Agius flok Silvio Vella mal-U21

 Gilbert Agius flok Silvio Vella mal-U21

Fl-aħħar sigħat jidher li kien hemm diskussjonijiet bejn l-MFA u Valletta FC sabiex l-assistent kowċ tat-tim ta’ Valletta FC Gilbert Agius jinħall mill-kuntratt li għandu mat-tim mill-kapitali sabiex ikun jista jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.

Vella kien ilu jmexxi lit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena għal dawn l-aħħar sitt snin u minkejja li mhux ser jibqa f’tmun tat-tim nazzjonali, xorta mistenni li jibqa impjegat tal-assoċjazzjoni tal-futbol fejn ser ikun qed iservi f’rwol ieħor.

Gilbert Agius, li għandu l-UEFA Pro, lagħab mat-tim nazzjonali Malti xejn anqas minn 120 partita u fil-mument kien wieħed mill-assistenti tal-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC Antonio Jose Cardoso Mendes.

 

Ritratt: alchetron.com

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com