Iċ-Ċkejken Beppe Caruana Wettaq Il-Ħolma Tiegħu Li Jispjega L-Awtiżmu Bi Ktieb

 Iċ-Ċkejken Beppe Caruana Wettaq Il-Ħolma Tiegħu Li Jispjega L-Awtiżmu Bi Ktieb

Beppe huwa tifel ta’ 9 snin bil-kundizzjoni tal-awtiżmu non-verbali. Għalkemm għandu din il-kundizzjoni, huwa tifel intelliġenti mmens. Minn meta ġie introdott il-metodu hekk imsejjaħ Rapid Prompting (RPM) il-potenzjal tiegħu ġie magħruf. Beppe wera ix-xewqa li jesprimi dak li jgħaddi minnu bħala persuna bl-awtiżmu u għalhekk beda jikteb il-ktieb: Il-Mawra tiegħi fl-Ispazju. 

Dan huwa ktieb li jgħinek tifhem kif persuna bl-awtiżmu jesperjenzaw il-ħajja u kemm josservaw u huma konxji ta’ dan li jiġri madwarhom. Huwa ktieb miktub minn persuna bl-awtiżmu li jixtieq li dawk ta’ madwaru jifhmuh u jifhmu lill-persuni bl-awtiżmu.
Il-mawra lejn l-ispazju tagħtih sens ta’ ħelsien li ma jħossx fuq din l-art. Il-ktieb huwa wkoll ambjentat f’dawn iż-żminijiet tal-virus fejn ġejna affettwati b’restrizzjonijiet, restrizzjonijiet li persuni bl-awtiżmu jgħixu fil-ħajja ta’ kuljum anke meta ma hemmx virus.
Nissuġerrulkom takkwistawh mhux biss biex inħeġġu l-potenzjal fi tfal bħal Beppe iżda wkoll biex nitgħallmu dwar din il-kundizzjoni. Il-ktieb jinkiseb minn: https://bdlbooks.com/product/il-mawra-tieghi-fl-ispazju/?fbclid=IwAR09J4h5kN7DmP4mANtWR22vHlojfndjdXfbFBxw5WASL3shJezAI3SkWtw
Prosit tassew Beppe!
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com