Il-Ħamis l-Ewwel Impenn fl-Irwol Ġdid Għal Gilbert Agius bħala kowċ tal-U21

 Il-Ħamis l-Ewwel Impenn fl-Irwol Ġdid Għal Gilbert Agius bħala kowċ tal-U21

Il-Ħamis fin-12.30pm jitilġħu l-poloz tal-gruppi ta’ Kwalifikazzjoni għall-edizzjoni li jmiss tal-Kampjonat Ewropew ta’ taħt il-21 sena tal-©UEFA, liema edizzjoni l-fażi finali tagħha tintlgħab fil-Ġorġja u r-Rumanija f’Ġunju u Lulju tas-sena 2023.

Total ta’ 53 pajjiż se jkun fl-urna li minnhom erbatax iridu jikkwalifikaw għall-fażi finali biex naturallment jingħaqdu maż-żewġ pajjiżi organizzaturi fil-fażi finali.

Dan se jkun l-ewwel impenn għall-kowċ ġdid tat-Tim Malti ta’ taħt il-21 sena Gilbert Agius li t-Tlieta kien fuq il-media kollha lokali anke wara li l-ħatra tiegħu ġiet approvata mill-Kumitat Eżekuttiv tal-MaltaFA.

Il-kompetizzjoni ta’ Kwalifikazzjoni tibda minn Marzu li ġej (xahrejn oħra) u tibqa għaddejjja sa’ Ġunju tas-sena d-dieħla.

B’kollox total ta’ disa’ gruppi, bir-rebbieħa kollha jikkwalifikaw, magħhom l-aħjar runner-up bir-riżultati ta’ dan kontra t-timijiet fl-aħħar post ma’ jgħoddux fid-deċiżjoni finali ta’ liema se jkun l-aħjar nazzjon fit-tieni post.

It-tmien runners-up l-oħra jilgħabu Play-Off bejniethom biex jintlew l-erba’ postijiet li jkun fadal għal-kwadru finali ta’ pajjiżi parteċipanti fil-kompetizzjoni.

Draw pots (bl-asterix it-timijiet li kkwalifikaw għall-kompetizzjoni aktar tard din is-sena)

Pot 1: Spanja*, Ġermanja*, Franza*, Ingilterra*, Italja*, Danimarka*, Portugall*, Olanda*, Kroazja*
Pot 2: Awstrija, Polonja, Żvezja, Repubblika Ċeka*, Belġju, Russja*, Serbja, Żvizzera*, Greċja
Pot 3: Slovakkja, Iżlanda*, Ukrajna, Slovenja*, Rep Irlandiża, Iżrael, Norveġja, Bulgarija, Turkija
Pot 4: Skozja, Maċedonia ta’ Fuq, Bożnija u Herzegovina, Wales, Irlanda ta’ Fuq, Finlandja, Ungerija*, Belarus, Albanija
Pot 5: Montenegro, Kosovo, Litwanja, Kazakhstan, Moldova, Ċipru, Gżejjer Faroe, Ażerbajġan, Latvja
Pot 6: Lussemburgu, Armenja, MALTA, Andorra, Estonja, Ġibilta, Liechtenstein, San Marino.
Intant il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA kien iddeċieda li minħabba issues politiċi dawn t’hawn taħt biex jiġu evitati problemi ma’ jistgħux ikunu fl-istess grupp ta’ Kwalifikazzjoni, diversi issue għal Kosovo f’Pot 5 li għalhekk u awtomatikament għandhom aktar possibiltajiet li jiġu fil-grupp ma’ Malta, inkunu nafu għada (l-Ħamis).
  • Armenia & Azerbaijan
  • Gibraltar & Spain
  • Bosnia and Herzegovina & Kosovo
  • Kosovo & Serbia
  • Kosovo & Russia
  • Russia & Ukraine
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com