Il-Kowċ ta’ Ħamrun S. Sospiż Żewġ Logħbiet.. l-Erbgħa Kontra Valletta Jsegwi Minn Fuq l-Istands

 Il-Kowċ ta’ Ħamrun S. Sospiż Żewġ Logħbiet.. l-Erbgħa Kontra Valletta Jsegwi Minn Fuq l-Istands

Il-kowċ tal-leaders tal-Kampjonat Ħamrun Spartans Mark Buttigieg ġie sospiż żewġ logħbiet mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MaltaFA wara t-tkeċċija tiegħu jumejn ilu fid-draw ta’ 2-2 ma’ Santa Lucia.

B’hekk Buttigieg ma’ jistgħax imexxi lit-tim tiegħu minn fuq il-bank l-Erbgħa fil-logħba tant mistennija li Ħamrun Spartans għandhom kontra l-arċi rivali tagħhom Valletta fil-Hibernians Stadium.

Buttigieg se jkun sospiż ukoll mil-logħba ta’ wara li fi tmiem il-ġimgħa minn MD18 Ħamrun Spartans għandhom kontra t-tim tal-qiegħ Senglea Athletic.

Players sospiżi logħba ntant wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet huma d-difensur tal-istess Spartans Emerson Marcelina, l-internazzjonali Malti ta’ Balzan Steve Pisani, l-attakkant ta’ Hibernians Tiago Fonseca, Ruslan Kisil ta’ Sliema Wanderers, id-duo ta’ Tarxien Rainbows, Darren Falzon u Edison Bilbao Zarate, kif ukoll id-difensur validissimu għal Żejtun Corinthians dan l-istaġun Lucas Moreira.

Żewġ team managers intant ukoll weħlu sospensjoni wara l-logħob ta’ tmiem il-ġimgħa, dawn huma Jason Vella ta’ Mosta li weħel żewġ logħbiet, sospensjoni ta’ partita waħda għall-uffiċjal ta’ Lija Athletic Colin Ciantar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com