Il-PM Jinawgura Uffiċjalment Il-Proġett Tal-Mini Ta’ Santa Luċija

 Il-PM Jinawgura Uffiċjalment Il-Proġett Tal-Mini Ta’ Santa Luċija

Kmieni l-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi inawguraw il-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija b’investiment ta’ madwar €20 miljun.

Fid-diskors tal-okkażjoni, Dr Abela qal dan il-proġett se jwassal biex il-ħin tal-ivvjaġġar jonqos b’aktar minn 30 fil-mija u għalhekk se jinġema’ inqas traffiku f’din iż-żona li qabel kienet ta’ wġigħ ta’ ras kbira għas-sewwieqa fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna.

Huwa żied jinnota li dan il-proġett li sar minn kuntratturi Maltin tlesta fil-ħin fi żmien sena u nofs mindu bdew ix-xogħlijiet biex illum għandna waħda mill-aktar infrastrutturi moderni fit-toroq Maltin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com