“Il-Pulmun Wara L-Covid-19 Ġieli Jsir Agħar Minn Dak Ta’ Persuna Li Tpejjep Ħafna” – Il-Kirurgu Brittany Bankhead-Kendall

 “Il-Pulmun Wara L-Covid-19 Ġieli Jsir Agħar Minn Dak Ta’ Persuna Li Tpejjep Ħafna” – Il-Kirurgu Brittany Bankhead-Kendall

Kirurgu f’Texas l-Istati Uniti qalet li minn analiżi ta’ X-rays ta’ persuni li kellhom l-Covid-19 irriżulta li l-maġġoranza jkollhom effett serju fuq il-pulmun.

Dr. Brittany Bankhead-Kendall qalet b’mod pubbliku fuq Twitter li l-pulmuni ta’ persuni li jfiequ mill-Covid-19 għandhom tendenza li jidhru agħar minn dawk ta’ persuni li jpejjpu ħafna. Din hija r-raġuni għalfejn diversi persuni jibqgħu jesperjenzaw problemi fin-nifs anki wara li jkun għaddielhom dan il-virus. Hija qalet li anki dawk li sa issa mhux qed iħossu effetti fit-tul tal-Covid jista’ jkun li għandhom xi tip ta’ ħsara fil-pulmun, hekk kif l-x-rays li analizzat sa issa rriżultaw dan.

L-appell ta’ din il-kirurgu huwa biex kemm jista’ jkun wieħed jieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex jevita li jimrad bil-Covid-19, anki jekk huwa b’saħħtu, għax l-effetti fit-tul jidher li jistgħu jkunu xejn pjaċevoli. Din l-analiżi tindika wkoll l-importanza li wieħed jevita t-tipjip, sabiex f’każ li jimrad bil-Covid-19, il-pulmun ikun aktar b’saħħtu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com