Inter Kontra Milan Fl-Ewwel Kwarti Finali Tal-Coppa Italia

 Inter Kontra Milan Fl-Ewwel Kwarti Finali Tal-Coppa Italia

Illum jibdew jintlagħbu l-partiti mill-kwarti finali tal-Coppa Italia fejn fl-ewwel partita tal-lejla ser jiltaqaw kontra xulxin Inter u Milan. Inter għadhom ġejjin minn draw ta’ mingħajr gowls kontra Udinese fil-Kampjonat filwaqt li Milan ġew megħluba minn Atalanta 3 – 0.

L-aħħar partita bejn dawn iż-żewġ timijiet teħodna lura għas-17 t’Ottubru fejn Milan kienu ħarġu rebbieħa 2 – 1. Ir-rebbieħ tal-lejla jilgħab kontra r-rebbieħ tal-partita ta’ għada bejn Juventus u SPAL. Din il-partita tintlagħab fil-20.45.

Għada wkoll fil-17.45 Atalanta jilgħabu kontra Lazio filwaqt li l-Ħamis Napoli jilgħabu kontra Spezia fil-21.00.

 

Ritratt: Sempremilan.com

 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com