Is-Servizzi Tas-Saħħa Li Joffru Brown’s

 Is-Servizzi Tas-Saħħa Li Joffru Brown’s

Eluf ta’ individwi madwar Malta u Għawdex jinsabu f’riskju li jiżviluppaw mard tal-qalb jew dijabete. Dak li ħafna ma jirrealizzawx huwa li ħafna drabi huwa possibli li dan jista’ jiġi evitat.

Brown’s jippromwovu, jenfasizzaw u jinkoraġġixxu saħħa tajba b’kull mod possibli. Kull spiżerija ta’ Brown’s tipprovdi numru ta’ testijiet ta’ skrinjar li għandhom l-għan li jtejbu l-kura tal-pazjent u r-riżultati tas-saħħa individwali filwaqt li jnaqqsu l-possibilità ta’ kundizzjonijiet kroniċi li jistgħu jiġu evitati.

Brown’s wettqu numru ta’ testijiet dijanjostiċi biex jevalwaw l-istat ġenerali tas-saħħa tal-individwu. Dawn jinkludu:

  • Monitoraġġ tal-glukożju fid-demm
  • Monitoraġġ tal-pressjoni tad-demm
  • Analiżi tal-kompożizzjoni tal-ġisem
  • Monitoraġġ tal-livelli tal-kolesterol fid-demm u HbA1c
  • Testijiet tal-allerġiji u intolleranzi tal-ikel

It-testijiet tal-iskrinjar huma essenzjali propju għaliex bis-saħħa tagħhom wieħed jista’ jidentifika kundizzjonijiet kroniċi mhux dijanjostikati u fi stadji bikrin. B’hekk jiġu mfassla u offruti l-aħjar trattamenti xierqa sabiex titnaqqas il-progressjoni tal-marda u titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-individwu.

Dawn it-testijiet offruti minn Brown’s huma ta’ kwalità għolja u jeħtieġu biss ftit qtar ta’ demm permezz ta ‘finger-prick tests’. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet huma immedjati, tingħata wkoll spjegazzjoni immedjata filwaqt li tipprovdi pariri professjonali.

Doriana Portelli

Doriana Portelli

https://stradarjali.com

Doriana tagħmel dak kollu li tħobb b'passjoni. Minn ta' età żgħira kont issibha fuq il-palk; għal dawn l-aħħar 12 -il sena fil-media lokali f'diversi oqsma. Il-familja u l-isport huma żewġ oqsma essenzjali f'ħajjitha.