“Konvinti Li Se Nkunu Qed Nisfidaw Għall-Kampjonat” – Valletta FC Lura Fl-Azzjoni Wara 36 Jum

 “Konvinti Li Se Nkunu Qed Nisfidaw Għall-Kampjonat” – Valletta FC Lura Fl-Azzjoni Wara 36 Jum

Kien nhar il-ġimgħa 18 ta’ Diċembru li għadda l-aħħar li Valletta kienu fl-azzjoni, eżatt sitt ġimgħat ilu f’rebħa 2-1 fuq Lija Athletic, minn dakinhar bejn il-waqfa għall-festi, bejn sitwazzjoni tal-pandemija li laqtet fil-fond esponenti tal-klabb, inklużi players, it-tim kellu jagħmel il-perjodu ta’ kwarantina li kien ifisser li l-logħbiet jaħarqu li kien imisshom f’Jannar kontra Ħamrun Spartans, Sliema Wanderers u Birkirkara issa ġew posposti għal-aktar il-quddiem.

“Ma kienx xenarju faċli iżda s-sitwazzjoni li konna fiha għenitna nirkupraw ħafna players imweġġa’, iġifieri sa ċertu punt tista tgħid li ġietna tajba meta tqis il-logħbiet diretti li kienu ġejjin wara xulxin f’Jannar”, kliem Alexander Fenech Viċi President ta’ Valletta FC f’kummenti ma’ StradaRjali.

“Nifhem li wara daż-żmien kollu weqfin, fiżikament m’aħniex fl-aħjar kundizzjoni għalkemm il-players baqgħu għaddejjin bit-taħriġ tagħhom anke waqt il-kwarantina b’mod separat”.

Fenech ġie mistoqsi jekk ir-rebħ tal-Kampjonat bl-ostakli kollha dan l-istaġun hux diġa bye bye meta wieħed iqis li għalkemm b’żewġ logħbiet anqas attwalment, Valletta qiegħdin erbatax-il punt taħt il-leaders attwali Ħamrun Spartans.

Huwa wiġeb hekk, “Konvinti li se nkunu qed nisfidaw għar-rebħ tal-Kampjonat minkejja kollox anke dan l-istaġun f’kuntest stramb ħafna, nittamaw li l-mewġa kerha ta’ injuries issa għaddiet, kowċ ġdid u l-atmosfera bħalissa fid-dressing room qed inxebbaħa mal-aħħar tal-istaġun 2013/2014, vibe waqt it-taħriġ u l-istess entużjażmu li kien wassalna biex minn wara dak is-season konna rbaħna l-Kampjonat”.

26 t’April 2014 – Valletta 2-0 Birkirkara (Shaun Bajada u Roderick Briffa), Birkirkara li f’dik l-aħħar logħba kellhom bżonn draw biex jgħollu t-tazza, iżda r-rebħa (kif ġara) kienet fisser li Valletta rebħu t-titlu.

Il-Kowċ ġdid il-Portugiż Cardoso Mendes

“Il-kowċ ġie maħtur wara proċess intern ferm riġoruż, rajna b’kollox mal-għoxrin kandidat barrani minn pajjiżi bħall-Olanda, s-Serbja, l-Italja u Spanja, kellna f’idejna ukoll kowċis ta’ fama internazzjonali, madankollu dehrilna li dan il-Portugiż joqgħod perfett mal-filosofija offensiva li rridu naħdmu biha ta’ logħob attrajenti, offensiv u kif jixtiequ jarawna nilgħabu l-partitarji tagħna.

“It-taħriġ ma’ Cardoso Mendes huwa ferm intensiv, iżda l-feedback li qed ikolli mingħand il-players huwa pożittiv immens, players kuntenti u nemmen li dan huwa wieħed mill-aqwa kowċis li qatt kellna, vera li għadna irridu nilgħabu taħtu, imma dan huwa process fit-tul li iżda ċerti li se jkun qed iħalli l-frott”, kompla Alexander Fenech.

L-ewwel parti tal-istaġun

Fenech qal, “Jien l-akbar kritiku meta t-tim ma jkunx sejjer tajjeb, kellna bidu diżastruż u saħansitra konna fortunati f’xi logħbiet li rbaħna, ingaġġajna “data analyst” bl-istatistika tiegħu turi li anke meta ksibna riżultati pożittivi ma’ kienx ħaqna nerbħu.

“Dan mhu tort ta’ ħadd, kien perjodu ħażin għal kulħadd, ma’ stajtx naċċetta telfa u l-mod kif ġiet per eżempju ma’ Tarxien Rainbows, 75% pussess, jitilgħu tliet t’iblalen u jiskurjaw tliet darbiet”.

Il-Viċi President ta’ Valletta tkellem dwar il-fatt li issa ġejjin ħafna logħbiet importati f’daqqa.

“We have to play catch up”, nieħdu logħba logħba, kif ġejjin il-fixtures il-kowċ se jkun qed jipprova jagħmel rotation, naf li Ħamrun qed ikollhom Kampjonat tajjeb ħafna imma fadlilna darbtejn magħhom u ninsabu lesti għal kull sfida minn issa sal-aħħar tal-Kampjonat”.

Sitwazzjoni Pandemija

“Ma kinitx sitwazzjoni faċli, kellna erba’ players u membru tal-iStaff Tekniku pożittivi, imma issa kulħadd lura f’sikktu, kellna player li ttestja pożittiv fl-istess jum li għaddietlu l-ewwel kwarantina u allura kellu jingħalaq għal ġimgħatejn oħra, l-istess player illejla se jkun nieqes, barra ukoll mil-logħba l-ġimgħa filgħaxija kontra Balzan mhux relatati mal-COVID, il-Ġappuniż Taisei Marukawa u Joseph Zerafa, dan tal-aħħar sospiż.

Il-Barranin il-ġodda

Qiegħdin f’Jannar staqsejna lil Alexander Fenech dwar l-akkwsti l-ġodda.

“Ħadna lit-Taljan Davide Paglia, player għadu żgħir kien captain ta’ Lazio Primavera għal tliet snin wara xulxin u għandha fiduċja kbira fih.

“Ovjament Campos hemm expectations kbar, għamilna bħala klabb pass ta’ kwalita ‘l fuq fil-procurement tagħna, sa ftit taż-żmien ilu player Brażiljan konna nġibuħ mir-Raba jew Ħames kategorija tal-pajjiż, dan ġej mill-klabb ta’ Botafogo FC, fost il-klabbs ewlenin fl-ogħla livelli tal-Futbol Brażiljan, żgur li Campos se jkun asset importanti għalina u parti mill-filosofija ‘l quddiem li l-klabb tiegħi telaq biha għaż-żmien li ġej”, temm jgħid il-Viċi President ta’ Valletta FC Alexander Fenech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com