Luke Gambin jingħaqad b’self ma’ Newport County

 Luke Gambin jingħaqad b’self ma’ Newport County

L-internazzjonali Malti Luke Gambin ingħaqad b’self ma’ Newport County mingħand Colchester, żewġ teamijiet f’League Two – ir-raba’ kategorija tal-futbol professjonali fl-Ingilterra.

Gambin kien ingħaqad ma’ Colchester fis-sajf ta’ sentejn ilu, lagħab ħamsin darba ma’ dan il-klabb u skurja darbtejn.

Jibqa magħruf għall-goal li kien skorja kontra Crawley Town fil-Carabao Cup u li kien witta t-triq għat-tim tiegħu passaġġ għar-rawnd ta’ wara fil-kompetizzjoni u dwell f’Old Trafford kontra Manchester United.

Is-Sibt li ġej għand Oldham Athletic, Luke Gambin mistenni jkun fl-iskwadra għat-tim ġdid tiegħu Newport County li ġej minn Wales u li qed jissielet għall-promozzjoni, attwalment fit-tieni post tal-klassifika punt taħt il-leaders Cambridge United u b’żewġ logħbiet anqas.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com