Magħrufa L-Finalisti Tal-Ewwel Ranking Tournament Tal-Badminton

 Magħrufa L-Finalisti Tal-Ewwel Ranking Tournament Tal-Badminton

Magħrufa il-finalisti tal-ewwel kompetizzjoni tas-sena tal-kampjonat tal-badminton; r-ranking tournament tas-singles.

Fil-kategorija tal-irgiel, l-aħwa Mark u Matthew Abela ser jiltaqgħu fil-finali wara li Matthew Abela għeleb lil Samuel Calí fl-ewwel semi-finali u Mark Abela irnexxielu jegħleb lil Nigel Degaetano, f’sfida li ġiet deċiża fuq tlett logħbiet. Abela tilef l-ewwel logħba 24-22 biex mbagħad rebaħ it-tieni u it-tielet  21-19 u 21-13.

Fil-kategorija tan-nisa, Francesca Clark għelbet lil Ann Marie Bezzina fl-ewwel semi finali, u fil-finali ser tiltaqa’ kontra Elenia Haber, wara li din għelbet lil Martina Clark.

Din se tkun l-ewwel finali kemm għall-Mark Abela kif ukoll għal Elenia Haber.

Dawn iż-żewġ finali se jintlagħbu għada fil-kumpless tal-kottonera u jibdew fil-19.15.

 

Ritratt: Badminton Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com