Oliver Scicluna Mistenni Jsir Deputat Laburista

 Oliver Scicluna Mistenni Jsir Deputat Laburista

Bosta rapporti fil-ġurnali onlajn qed jgħidu li l-Kummissarju tal-Persuni b’Diżabbilità mistenni jinħatar Deputat Laburista flok Gavin Gulia wara li dan tal-aħħar, irreżenja wara biss 24 siegħa.

Is-Sit Stradarjali.com prova jkellem lis-Sur Scicluna imma ma kienx hemm risposta sal-ħin tal-pubblikazzjoni.

Scicluna għandu isem tajjeb kemm fil-ħidma li jwettaq fi ħdan il-Kummissjoni u anke bħala persuna integra u rrispettata minn kulħadd. Biss, qatt ma kien involut direttament fil-politika qabel.

Nistennew aktar żviluppi mal-ħin li ġej.

Ritratt: Facebook/ Oliver Scicluna

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com