Piena Tal-Mewt Wara Li Stupra U Qatel Tifel Ta’ 11 Snin Fil-Marokk

 Piena Tal-Mewt Wara Li Stupra U Qatel Tifel Ta’ 11 Snin Fil-Marokk

Fil-Marokk, raġel ta’ 24 sena ngħata l-piena tal-mewt wara li nstab ħati li ħataf, stupra u qatel tifel ta’ 11-il sena. Dan il-każ reġa’ qajjem dibattitu fil-pajjiż dwar il-piena kapitali.

Sas-sena li għaddiet, il-Marokk kellu 74 persuna jistennew li jingħataw il-piena kapitali sa mill-1993.

Il-każ tat-tifel ta’ 11-il sena li ġie identifikat bl-isem ta’ Adnan, qajjem dibattitu jaħraq fil-pajjiż wara li l-ġisem bla ħajja tat-tifel instab midfun f’Settembru li għadda qrib id-dar tal-akkużat. Huwa nstab ħamest ijiem wara li għeb mir-raħal ta’ Tangier wara li missieru bagħtu jixtri l-mediċina.

L-akkużat ġie arrestat mill-pulizija wara li talab rahan lill-ġenituri tiegħu f’tentattiv biex iqarraq lill-pulizija u jipperswadihom li l-flus kienu l-motiv wara l-qtil.

Madankollu minn analiżi li saret fuq il-katavru ta’ Adnan, irriżulta li huwa ġie stuprat u wara maqtul miż-żagħżugħ ta’ 24 sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com