PL – Man City u Arsenal Rebħiet Komdi ‘away’.. Inter fis-SF tal-Coppa Italja Wara Rebħa fid-‘derby’

 PL – Man City u Arsenal Rebħiet Komdi ‘away’.. Inter fis-SF tal-Coppa Italja Wara Rebħa fid-‘derby’

RITRATT – DailyMail 

Il-faxxinu tal-Premier League Ingliz lura wara l-logħbiet mir-Raba’ Rawnd tal-FA Cup matul tmiem il-ġimgħa, b’erba’ rebħiet away fil-logħbiet tat-Tlieta.

Manchester City komplew isaħħu l-isfida tagħhom anke bħala favoriti dan l-istaġun għar-rebħ tal-Kampjonat b’rebħa kbira 5-0 barra minn darhom għand West Brom.

Doppjetta ta’ Ilkay Gundogan, Joao Cancelo u Riyad Mahrez kollha fl-ewwel taqsima, qabel il-ħames goal fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta skurjat minn Raheem Sterling ftit qabel is-siegħa logħob.

Rebħa tajba ukoll barra minn darhom għal Arsenal 3-1 għand Southampton, tliet t’ijiem biss wara li z-zewġ naħat iltaqgħu fl-FA Cup is-Sibt rebħu s-Saints.

It-Tlieta Southampton reġgħu fil-vantaġġ minn Stuart Armstrong, izda Gunners irrispondew minn Nicolas Pepe jagħmilhom 1-1, Bukayo Saka poġġa lil Arsenal fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ, 3-1 minn Alexandre Lacazette wara li rċieva ballun fit-tul mingħand Cedric Soares fit-72 minuta, l-Franċiz eks Olympic Lyon għamel l-iskor 3-1 għat-tim tal-manager Mikel Arteta.

Barra minn darhom ukoll West Ham għelbu lil Crystal Palace 3-2, doppjetta ta’ Tomas Soucek u goal ieħor mid-difensur Craig Dawson għal Hammers, Palace skurjaw minn Wilfried Zaha u tard fil-partita mill-Belġjan misluf mingħand Chelsea, Michy Batshuayi.

U Leeds lura għar-rebħ f’St. James’s Park għelbu lit-tim fi krizi Newcastle 2-1, Leeds fil-vantaġġ fl-ewwel kwarta minn Raphinha, draw ta’ Miguel Almiron għal Magpies, goal tar-rebħa għat-tim tal-kowċ Marcelo Bielsa fil-61 minuta minn Jack Harrison.

Fl-FA Cup, Bournemouth fil-Vitality Stadium għelbu 2-1 lil Crawley Town.

Coppa Italia – Inter fis-semifinali rebħu d-derby 2-1 fuq AC Milan li marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima minn Zlatan Ibrahimovic li aktar tard tkeċċa għat-tieni karta safra biex Nerazzurri approfittaw u b’penalty ta’ Romelu Lukaku u goal tar-rebħa drammatiku sebgħa minuti wara d-disgħin minuta mid-Daniz Cristian Eriksen wittew it-triq għall-passaġġ fir-rawnd li jmiss tal-kompetizzjoni għat-tim tal-kowċ Antonio Conte.

It-tieni telfa fi tliet t’ijiem fil-Meazza għal AC Milan wara li s-Sibt tilfu 3-0 f’darhom fil-Kampjonat kontra Atalanta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com