Soares ta’ Ħamrun Spartans BOV Player ta’ Diċembru

 Soares ta’ Ħamrun Spartans BOV Player ta’ Diċembru

Kampjonat mill-aqwa li fih qed jgħin mhux ftit lil Ħamrun Spartans fil-mixja jew aspirazzjonijiet kbar għall-unuri dan l-istaġun huwa l-attakkant minn Cape Verde, Jorge Ailton Soares jew kif inhu magħruf aħjar fiċ-ċrieki Ħamrunizi, Dodo.

Għandu 30 sena f’Diċembru skorja tliet goals, doppjetta f’rebħa komda 5-0 fuq Tarxien Rainbows, goal ieħor f’rebħa ta’ iktar sinjifikat 3-1 għall-iSpartans fuq iċ-Champions Floriana.

Il-Ħadd filgħaxija qabel id-draw 2-2 li Ħamrun kellhom ma’ Santa Lucia, Soares ġie ppreżentat bit-trofew f’ċerimonja qasira mis-Segretarju Ġenerali tal-MaltaFA Angelo Chetcuti u Paul Abela, manager tal-fergħa tal-BOV fil-Ħamrun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com