Tagħti Daqqiet Ta’ Sikkina Lil Żewġha Wara Li Ma Għarfitx Lilha Nfisha F’Ritratti Antiki

 Tagħti Daqqiet Ta’ Sikkina Lil Żewġha Wara Li Ma Għarfitx Lilha Nfisha F’Ritratti Antiki

Mara ġiet arrestata wara li hija allegatament tat daqqiet ta’ sikkina lill-żewġha wara li rat ritratt tiegħu jagħmel is-sess ma’ mara li ħasbet li kienet mara oħra, iżda li effettivament kienet hi stess snin ilu. Dan il-każ seħħ fil-Messiku.

L-istorja bdiet meta l-mara sabet ritratti qodma fuq il-mowbajl tar-raġel tagħha, u f’wieħed mir-ritratti huwa deher li kien qed jagħmel is-sess ma’ ’mara‘. L-allegat agressur ma rrealizzatx li l-istampi kienu fil-fatt tagħha stess flimkien ma’ żewġha u kawża ta’ din il-konfużjoni hija attakkat lil żewġha b’mod vjolenti permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina. Il-mara ġiet arrestata l-ġimgħa li għaddiet.

Ir-raġel, identifikat bħala Juan N, qala’ diversi daqqiet ta’ sikkina f’idejh u saqajh, sakemm fl-aħħar irnexxielu jieħu s-sikkina minn id martu, u staqsieha dwar liema ritratti kienet qed titkellem. Huwa imbagħad spjegalha li r-ritratti kienu fil-fatt tiegħu u tagħha meħuda snin qabel meta kienu għadhom fil-bidu tal-għerusija tagħhom.

Il-Pulizija marret fuq il-post u arrestat lill-mara wara li xi ġirien ċemplu għall-assistenza tal-pulizija hekk kif semgħu ħafna għajjat ġej mid-dar tal-koppja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com