Tlett Timijiet Mill-Kampjonat Premier F’Kwarantina

 Tlett Timijiet Mill-Kampjonat Premier F’Kwarantina

Tliet timijiet mill-Kampjonat Premier bħalissa jinsabu f’kwarantina mandatorja wara li numru ta’ plejers instabu pożittivi għal Covid-19.

Gudja United FC, Valletta FC u Lija A. FC huma t-tlett timijiet li jinabu f’kwarantina. Il-logħbiet li fihom kienu involuti dawn it-tlett timijiet matul din il-ġimgħa issa ġew posposti għal dati oħra.

Il-logħbiet posposti huma dawn:-

  1. Gudja U. vs Hibernians
  2. Valletta vs Hamrun S.
  3. Floriana vs Lija A.
  4. Gudja U. vs Gzira U.
  5. Valletta vs Sliema W.
  6. Lija vs Tarxien R.

Intant illum tibda tintlagħab l-erbatax il-ġurnata tal-Kampjonat Premier fejn fil-17.00 fil-Hibernians Stadium Sirens FC jilgħabu kontra Birkirkara FC filwaqt li fil-21.00 Balzan FC jilgħabu kontra Santa Lucia FC.

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com