Trasferimenti Ewlenin S’Issa Fl-Ingilterra U L-Italja

 Trasferimenti Ewlenin S’Issa Fl-Ingilterra U L-Italja

Is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar rieseq lejn l-aħħar tiegħu bil-klabbs Ingliżi u Taljani mhux attivi daqs is-soltu anke minħabba sitwazzjoni finanzjarja diffiċli kkawżata mill-pandemija u inqas cash flow bil-logħbiet jintlagħbu bil-bibien magħluqa u anqas bejgħ mill-merchandising.

Fl-Ingilterra

Manchester United kisbu liż-żagħżugħ Amad Diallo mingħand Atalanta li x’aktarx ma’ jilgħabx qabel l-istaġun li ġej, probabbli jieħu post Juan Mata li jew issa jew fi tmiem il-kuntratt tiegħu f’Ġunju se jħalli Old Trafford.

L-Iskoċċiż Robert Snodgrass ħalla lil West Ham biex issieħeb ma’ West Brom biż-żewġ klabbs jidher li qed jiġu nvestigati mill-FA dwar id-dettalji ta’ dan it-trasferiment minħabba possibilta ta’ ksur fil-ftehim bejniethom, bil-player assenti t-Tlieta meta ż-żewġ naħat iltaqgħu ftit jiem wara li ġew konklużi nn-negozjati għal Snodgrass.

Tottenham Hotspur iridu lill-attakkant ta’ Southampton Danny Ings li jidher riesaq lejn l-aħħar tal-avventura tiegħu ma’ Southampton.

Sa fl-aħħar ħalla lil Arsenal uffiċjalment Mesut Ozil li mar it-Turkija biex jingħaqad ma’ Fenerbahce.

Fl-Italja

It-trasferiment ewlieni s’issa ra lill-Kroat ex Juventus Mario Mandzukic jissieħeb ma’ Milan, rossoneri li fl-isfida issa ċara li jżommu l-ewwel post u jirbħu l-iscudetto wara ħafna staġuni, dax-xahar kisbu ukoll lil Soualiho Meïté mingħand Torino u Fikayo Tomori b’self mingħand Chelsea.

Żewġ players għadhom kemm ħallew lil Fiorentina f’dawn il-ġimgħat, Alfred Duncan issieħeb lil Cagliari li kisbu lura ukoll lil Radja Nainggolan mingħand Inter.

Riccardo Saponara li t-Tlieta skorja goal stupend għal Spezia fir-rebħa 4-2 u l-eliminazzjoni ta’ Roma mill-Coppa Italia issieħeb ma’ Spezia b’self mingħand il-Vjola.

Semmejna lil Roma, l-ex player tagħhom l-Olandiż Kevin Strootman irritorna l-Italja ma’ Genoa mingħand Marsilja fi Franza, pajjiż fejn jista’ jispiċċa l-Ingliż Dele Alli ta’ 24 sena, bil-futur tiegħu ma’ Tottenham inċert, probabbli jingħaqad lura mal-ex manager li kellu ma’ Spurs Mauricio Pochettino, llum kowċ ta’ Paris St. Germain.

Bħal Dele Alli, futur inċert u sa tmiem Jannar wieħed irid jara x’se jiġri bi players bħal Ousmane Dembele ta’ Barcelona, David Alaba, l-Awstrijak ta’ Bayern Munich, Isco ta’ Real Madrid, Dean Henderson jew Sergio Romero min minnhom se jibqa goalkeeper riserva ta’ David De Gea ma’ Manchester United sa tmiem dan l-istaġun, is-sitwazzjoni Papu Gomez u Atalanta u bla dubju d-Daniz Christian Eriksen, bil-futur inċert tiegħu fis-Serie A ma’ Inter u l-possibilta li jirritorna fil-Premier League, dawn l-inċertezzi kollha mal-ewwel jiem ta’ Frar ħafna minnhom ikunu ċċarati !!!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com