Tuchel Flok Lampard?

 Tuchel Flok Lampard?

Rapporti fil-media brittanika qed jsostnu li aktar tard illum il-manager ta’ Chelsea Frank Lampard mistenni li jitkeċċa.  Ir-riżultati riċenti fil-Kampjonat Premier Ingliż xejn ma’ niżlu tajjeb mat-tmexxija tal-blues u minkejja r-rebħa konvinċenti tal-bieraħ kontra Luton Town fir-raba rawnd tal-FA Cup, it-tmexxija tal-klabb minn Londra xorta ser tkun qed tneħħi lill-leġenda tal-stess klabb mit-tmexxija.

Jidher li fil-jiem li għaddew kien hemm laqgħat bejn Lampard u lill-stess klabb fejn l-ex internazzjoni Ingliż ġie mitlub jirriżenja flok jitkeċċa; xi ħaġa li l-stess Frank Lampard ma xtaqx.

Il-Ġermaniż Thomas Tuchel huwa l-favorit li jieħu post Lampard. Tuchel bħalissa huwa liberu wara li tkeċċa minn PSG fil-ġimgħat li għaddew.

 

Ritratt: Skysports

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com