Twissija Ta’ Riefnu!!! Lestu Ruħkom!

 Twissija Ta’ Riefnu!!! Lestu Ruħkom!
Ir-riħ mill-Majjistral (NW) mistenni li jitqawwa ħafna u jilħaq il-qawwa ta’ riefnu [Forza 8] għada t-Tlieta 26/1 kmieni waranofsinhar.
Evitaw li tħallu vetturi taħt siġar kbar u/jew viċin ix-xtut fejn magħruf li jaqbel dan ir-riħ. Il-mewġ mistenni li jilħaq sa 5-6 metri fejn l-aktar li jkun jaqbel.
Din it-twissija tidħol fis-seħħ minn għada t-Tlieta 26/1 kmieni waranofsinhar mal-wasla ta’ front kiesaħ b’saħħtu minn fuq l-Italja. Xita u silġ (‘hail’) huma mbassra ftit qabel u fil-bidu ta’ dan ir-riefnu, bir-riħ jibda jnaqqas (Forza 6) sa filgħaxija u jsir ftit qawwi (Forza 5) matul il-lejl.
Dan ir-riħ se jkun bil-buffuri, ġelidu u jinħass kiesaħ ħafna minħabba l-‘wind chill factor’.
Ritratt: George Herald
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com