Waqt L-Inawgurazzjoni Ta’ Biden, Dan Ir-Raġel Mar Ħdejn Il-Qabar Ta’ Ibnu – Għaliex?

 Waqt L-Inawgurazzjoni Ta’ Biden, Dan Ir-Raġel Mar Ħdejn Il-Qabar Ta’ Ibnu – Għaliex?

Dan ir-raġel b’uniformi,li sa issa mhux magħruf min hu, seraq il-qlub ta’ ħafna u żgur li ta’ Biden nnifsu.

Dan wara li sar magħruf li waqt li Biden kien qed jieħu l-ġurament ta’ President tal-Istati Uniti, dan l-uffiċjal mar fuq il-qabar ta’ iben Biden u beda jitlob.

Huwa magħruf li Biden fl-2015 tilef lit-tifel tiegħu Beau fl-eta’ ta’ 45 wara kanċer f’moħħu, u li Biden jemozzjona ruħu ħafna meta jitkellem dwar ibnu, anke għaliex ibnu kien politiku promettenti ħafna u Biden dejjem xtaq li jara lilu President.

Iżda l-ġest ta’ dan l-uffiċjal li fil-ħin li d-dinja kien qed issegwi l-ġurament ta’ Biden, mar isellem lil ibnu, żgur se jibqa’ mnaqqax fi qlub ħafna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com