Żagħżugħ Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sur Fil-Belt

 Żagħżugħ Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sur Fil-Belt

Żagħżugħ Żvizzeru ta’ 25 sena qed jissielet għall-ħajtu fit-taqsima tal-kura intensiva tal-isptar Mater Dei meta kmieni dalgħdou waqt minn fuq is-sur ta’ Triq San Bastjan fil-limiti tal-Fossa, il-Belt.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa nieqes kwart ta’ filgħodu meta ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-limiti tal-Fossa l-Belt, minħabba li kien weġġa’ ġuvni.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-Każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marsanne Farrugia li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com