“… Apparti Li Skont Il-Perit Micallef, Il-Fosos Kollu Jimtela’ Bin-Nies Ipejpu L-Ħaxixa…”

 “… Apparti Li Skont Il-Perit Micallef, Il-Fosos Kollu Jimtela’ Bin-Nies Ipejpu L-Ħaxixa…”
“Politika ‘ta’ kulħadd ifajjar x’ħin jfitillu’ Sorry ta, imma apparti li, skont il-Perit Micallef, il-Fosos kollu jimtela’ bin-nies li jpejpu l-ħaxixa, x’argument għandu li nillegalizzaw left, right and center?” Hekk kiteb il-Porfessur Andrew Azzopardi fuq il-midja soċjali tiegħu b’referenza għal dak li nkiteb mid-Deputat mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef.
Kompla jistaqsi x’ evidenza empirika għandu l-Perit li l-kannabis mhux perikoluża u li tagħmel ħsara anqas minn drogi oħrajn filwaqt li staqsa jekk hux jisma’ x’qalu l-psikjatri, it-tobba u s-social workers fost oħrajn, kif ukoll il-persuni li għaddew mill-vizzju tad-droga li l-ħaxixa tista’ tkun ‘gateway drug’.
Tenna li hu kburi b’pajjiżu meta kien differenti u żamm ma’ dak li hu jemmen u m’għandniex bżonn inkunu bħal ħaddieħor.
“Il-filosofija tal-Perit li ‘live and let live’ għalija ma tapplikax – din mhux issue għax joqogħdu jpejpu fil-kwiet fil-gallarija tagħhom, please Perit, inti ħafna aktar bravu minnhekk – tittrasformax issue tant kumpelssa f’ waħda simplistika”, spjega l-Professur Azzopardi filwaqt li elenka numru ta’ punti b’relazzjoni mal-kwistjoni, li rridu nikkunsidraw qabel jittieħed pass.

Intom x’taħsbu dwar dan?
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com