Bħal-Lum 19-Il Sena Ħallietna Agatha Barbara… Mara Ta’ Suċċess

 Bħal-Lum 19-Il Sena Ħallietna Agatha Barbara… Mara Ta’ Suċċess

LLUM 4 TA’ FRAR INSELLMU LIL AGATHA BARBARA (1923 -2002) LI ĦALLIETNA BĦAL-LUM 19-IL SENA ILU

L-ewwel Membru Parlamentari mara, l-ewwel Ministru mara, l-ewwel Ministru mara tal-Edukazzjoni, l-ewwel mara Aġent Prim Ministru u l-ewwel mara President tar-Rebubblika… Agatha Barbara. Ħallietna 19-il sena ilu.

F’post fuq facebook mill-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana, sellmet lil Barbara li mietet fl-2002.

Il-Ministru Caruana tenniet li Agataha Barbara kienet l-ewwel mara li kkontestat b’suċċess għall-Parlament wara li kien rikonoxxut id-dritt tal-vot lin-nisa mill-Gvern Laburista fl-1947. “Agatha kienet pijuniera kuraġġuża fil-politika li sofriet il-ħabs għax kienet soda fit-twemmin li sservi lill-poplu u dawk l-aktar fi bżonn ta’ aktar appoġġ.”

Insellmu l-memorja tagħha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com