Bil-Filmat: Ġuvni Transgender Juri Ritratti Mill-Passat Fuq TikTok U Jirċievi Sapport Enormi

 Bil-Filmat: Ġuvni Transgender Juri Ritratti Mill-Passat Fuq TikTok U Jirċievi Sapport Enormi

Leon Bonnici, raġel transgender, qiegħed juża’ tiktok sabiex jesprimi l-kuntentizza tiegħu, hekk kif illum qed jgħix fil-ġisem li jħossu komdu fih. Fl-istess waqt, permezz ta’ dawn il-filmati qed iqajjem kuxjenza dwar is-suġġett tal-espressjoni tal-ġeneru.

Ftit tal-jiem ilu huwa tella’ ritratt tiegħu meħud ftit tas-snin ilu u imbagħad wera kif jidher illum. Il-kummenti ta’ sapport li rċieva Leon kienu mpressjonanti. Leon jista’ jkun li ħaseb li diversi kummenti setgħu jkunu negattivi, infatti meta tella’ l-filmat appella sabiex “min ma jgħoġbux ikompli jqalleb”. Minkejja dan r-reazzjoni tal-poplu kienet l-oppost, hekk kif huwa rċieva eluf ta’ reazzjonijiet pożittivi u mijiet ta’ kummenti li jesprimu mħabba u rispett.

@leonbonniciMin ma jogbux jista jkompli iqalleb 🙂♬ Iris – Natalie Taylor

F”dan il-filmat Leon jidher mat-tfajla tiegħu:

@leonbonnici##transcouple ##loveher ##fyp ##malta ##mygirl ❤🏳️‍🌈❤🇲🇹🇲🇹

♬ Umbrella – Vl4s

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com