Birkirkara FC u Mosta FC Jirreġistraw Rebħiet Importanti

 Birkirkara FC u Mosta FC Jirreġistraw Rebħiet Importanti

Fl-ewwel logħba tas-sibt wara nofsinhar fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Birkirkara r-reġistraw rebħa importanti fuq Floriana b’żewġ gowls mill-isbaħ. Iż-żewġ gowls tal-stripes waslu fit-tieni taqsima. L-ewwel kien Paul Mbong li fil-49 minuta b’xutt b’saħtu mid-distanza tefa lill-Birkirkara fil-vantaġġ biex fl-aħħar mumenti tal-partita Luke Montabello sab lill-goalkeeper ta’ Floriana Akpan barra minn post u b’xutt sabiħ ieħor mid-distanza xeħħet fix-xibka Furjaniża u għamel ċert mit-tlett punti. Skor Finali Birkirkara FC tnejn Floriana xejn.

Fil-partita l-oħra fil-Hibernians Stadium, Mosta għelbu lill-Sta Lucia 3 – 2 f’partita mill-sbaħ u li żammet lil dawk preżenti fuq ix-xwiek sal-aħħar. Mosta fil-vantaġġ permezz ta’ Divine Naah fil-31 minuta bl-stess plejer jagħmilhom tnejn b’xejn fil-47 minuta. Sta Lucia r-rispondew mill-ewwel u fil-52 minuta Kevin Ante Rosero naqqas id-distakk għal 2 – 1 u fil-75 minuta lis-stess plejer għamilhom 2 – 2. Iżda l-partita kien fadlila x’toffri u ħdax il-minuta mit-tmiem Michael Mifsud għamel l-skor 3 – 2 favur Mosta liema skor kien dak finali.

 

Ritratt: MFA

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com