Dixxiplina MFA – Erba’ Logħbiet għat-Tim Manager ta’ Valletta.. Sitt Players Jeħlu Logħba

 Dixxiplina MFA – Erba’ Logħbiet għat-Tim Manager ta’ Valletta.. Sitt Players Jeħlu Logħba

It–Tim Manager ta’ Valletta Gerald Ellul weħel sospensjoni ta’ erba’ logħbiet wara t-tkeċċija tiegħu fir-rebħa lit-tim tiegħu kiseb il-Ħadd li għadda 1-0 fuq Santa Lucia.

Sospiż logħba ukoll il-kowċ ta’ Sliema Wanderers Andrea Pisanu.

Bħalu sitt players oħra mill-Kampjonat BOV Premier, Oscar Carniello ta’ Birkirkara, Karl Micallef ta’ Ħamrun Spartans, id-duo ta’ Mosta, Clayton Failla u Kevin Tulimieri, Dion Fava ta’ Senglea Athletic u Alessandro Milesi, player ta’ Sliema Wanderers.

Fil-BOV Challenge League, Kummissarju iebes mal-leaders Marsa, tliet logħbiet barra għal player Jackson Lima minkejja li sofra concussion u kellu jħalli l-istadium b’ambulanza, żewġ logħbiet sospiż għall-kowċ Ivan Zammit.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com