FILMAT: Tqaxxar Xagħarha Waqt It-Tieġ B’Solidarjetà Ma’ Ommha

 FILMAT: Tqaxxar Xagħarha Waqt It-Tieġ B’Solidarjetà Ma’ Ommha

F’jum it-tieġ ħafna jaraw kif jagħmlu biex ikollhom l-aqwa rtokk, l-isbaħ stijl tax-xagħar u jilbsu l-isbaħ libsa. Din l-għarusa wkoll għamlet dan, iżda mbagħad, f’nofs it-tieġ, għamlet dak li ħadd ma kien qed jistenna… qaxxret xagħarha.

Alistair u Jony minn New Zealand iddeċidew li jqaxxru xagħarhom waqt it-tieġ b’solidarjetà ma’ omm Jony li fl-2020 ħarġilha kanċer. Filwaqt li bdew jippreparaw għal din is-sorpriża, Jony indirizzat lil ommha u qalet, “Inħobbuk ħafna u rridu nuru solidarjetà miegħek” filwaqt li spjegat x’kien se jiġri u qalet li kienu se jkunu qed jiġrbu fondi b’risq pazjenti tal-kanċer dak il-ħin stess.

Sfortunatament, omm Jony mietet bil-kanċer xahrejn wara t-tieġ iżda huma xtaqu li jaqsmu l-istorja tagħhom sabiex ifakkru lill-pazjenti bil-kanċer li ma jinsabux waħedhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com