Floriana FC Mingħajr Paiber Għal Sitt Ġimgħat

 Floriana FC Mingħajr Paiber Għal Sitt Ġimgħat

Floriana FC se jkunu mingħajr il-midfielder internazzjonali Malti Brandon Paiber għal sitt ġimgħat.

Paiber weġġa fir-rebħa ta’ 1 – 0 li Floriana kisbu fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Gudja United. Wara li sarulu t-testijiet neċessarji ġiet ikkonfermata il-gravita tal-injury tal-plejer li se tħalliħ barra mil-logħob matul ix-xahar kollu ta’ Marzu.

Paiber huwa meqjus bħala pedina importanti fit-tim ta’ Floriana li din is-sena t-tragwardi tagħhom huma differenti għal kollox minn dawk ta’ staġun ilu hekk kif iċ-ċampjins renjanti iridu kemm jista jkun jirbħu partiti sabiex ma jibqawx fin-naħat t’isfel tal-klassifika.

Floriana jkunu fl-azzjoni nhar is-Sibt li ġej fid-dwell interessanti kontra Birkirkara li se jintlagħab fl-Stadium Nazzjonali F’Ta’ Qali fil-2pm.

 

Ritratt: Floriana FC Media

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com