“Grazzi Talli Ħafna Drabi Int Iċċaħħadt Għalija” – Bjorn Formosa F’Ras Ir-Randan

 “Grazzi Talli Ħafna Drabi Int Iċċaħħadt Għalija” – Bjorn Formosa F’Ras Ir-Randan

Filwaqt li tella’ ritratt tiegħu ta’ meta kien ċkejken, Bjorn Formosa qal li bħal-lum, f’Ras ir-Randan, ommu spiss kienet tgħidlu sabiex jagħmel is-sagriffiċji billi ma jiekolx ħelu u b’modi oħra.

“Kienet tkun diffiċli għalija biex nifhem! F’ras ir-Randan u ‘l bqija tal-jiem ħafna nsara jiċċaħdu minn ħaġa li jħobbu. B’hekk nawgura lil ħafna nsara f’dan il-jum” qal Bjorn.

Intant huwa rringrazzja lil dawk kollha li diversi drabi ċċaħħdu minn flushom sabiex jgħinu lill-ALS Malta permezz tad-donazzjoni tagħhom.

“Dak sagrifiċċju! Nassigurakom li kull pazjent f’Dar Bjorn japprezza l-ġest tiegħek, u issa dalwaqt aktar pazjenti ser ikunu qed jirringrazzjawk meta titlesta t-tieni dar. Qas temmen li għamilna kollox f’sitt snin”, temm jgħid Bjorn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com