“Gvern Li Qed Jaħseb Fil-Ġustizzja Soċjali” – Il-PM Robert Abela Indirizza Attività Politika Fil-Kalkara

 “Gvern Li Qed Jaħseb Fil-Ġustizzja Soċjali” – Il-PM Robert Abela Indirizza Attività Politika Fil-Kalkara

Il-Prim Ministru Robert Abela llum indirizza attività politika f’Villa Bighi fil-Kalkara. Beda billi qal li jappartjeni għall-Partit Laburista għaliex jemmen fil-ġustizzja soċjali. Tenna bosta drittijiet u prinċipji li jappartjenu għall-bniedem u qal li dawn huma l-prinċipji li jagħmluna ‘aħna min aħna.’

Semma wkoll il-punt li kulħadd għandu d-dritt għal saqaf fuq rasu, kif ukoll il-kwistjoni meta persuna tħallas il-kera, ikollha biex tgħix ħajja xierqa.

Spjega kif pajjiżna huwa miżgħud b’xhieda ta’ nies li jistgħu jitkellmu dwar ir-rivoluzzjoni li l-Gvern Laburista għamel fil-qasam soċjali matul is-snin, ta’ kif in-nies ħarġu mill-kerrejiet u bdew jgħix f’akkomodazzjoni. Il-Gvern għandu l-aktar pjan ħolisitku f’dan is-settur li jagħti soluzzjoni għal kull ċirkostanza bi kredibbilità biex jitwettaq, spjega l-Prim Ministru Robert Abela.

Dwar il-housing, ftit anqas minn 80% huma sidien ta’ daru; fattur li jagħmillek ħafna kuraġġ anke meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra. Dan anke meta mqabbel ma’ pajjiż ġgant fl-ekonomija; il-Ġermanja.

“60% tas-sidien tad-djar f’pajjiżna, m’għandhomx self”, kompla jispjega l-Prim Ministru. Semma wkoll realtajiet meta familja jkollhom dar matrimonjali b’self mill-bank, jiġu biex jisseparaw, jinqata’ l-loan u jispiċċaw b’60,000 ewro f’idejk li bihom ma tistax tkun sid ta’ darek. Dawn huma realtajiet li ħaddieħor kien jaf li jeżistu u għalqu għajnejhom… aħna m’għamilnhiex hekk.” Spjega x-xenarji differenti fejn qal li ġiet imnedija l-equity sharing fejn il-Gvern jidħol fi sħab miegħek, tinxtara l-propjetà tiegħek, u maż-żmien, l-individwu jkun jixtri lura b’kundizzjonijiet favorevoli u inti terġa’ ssir sid ta’ darek.

Semma wkoll it-10% tad-deposit malli tiġi biex tixtri l-propjetà li jkun hawn min ma jkollux. Hawnhekk, reġa’ daħal il-Gvern u saret skema li biha tingħata dawk l-10% u min ikun se jixtri, mhux biss ma jħallasx imgħaxx fuqhom, li dan iħallsu l-Gvern, iżda wkoll, il-Gvern qed jinċentiva lil min jieħu din l-iskema, li min iħallas lura din l-iskema qabel iż-żmien, tingħata lura persentaġġ mill-kapital.

Spjega li ġew investiti ‘il fuq minn 100 miljun ewro fil-housing. Se jinbnew 1,700 appartament għaliex id-dritt għall-housing soċjali u affordabbli huwa ċ-ċavetta biex ikun hemm mobilità soċjali. Semma wkoll li dan irridu nifhmu li m’huwhiex dritt perpetwu iżda qed hemm, għal meta għandek bżonnu. Semma kif in-nies mhux se jitħallew waħedhom.

Tkellem ukoll dwar il-Housing benefit scheme li tħares lejn 1. x’taqla’ inti, 2. meta tqis x’qed tħallas bħala kera, x’jifdallek f’idek. Ġie rregolat is-suq tal-kirjiet wara s-sena 1995. Qal li jsemmi din id-data, għaliex wara din is-sena, ġiet liberalizzata l-liġi tal-kera. Il-Prim Ministru qal li ftit tax-xhur ilu, lleġislajna u tajna 2 prinċipji: 1. l-istabbilità u jkun jaf it-tul u l-kundizzjonijiet tal-kera, u . serħan il-moħħ.

“Ebda Gvern tul is-snin, ma ried jindirizza l-problema tal-kirjiet ta’ qabel l-1995”, qal il-Prim Ministru u spjega x-xenarju ta’ qabel din id-data fejn minkejja t-tul tal-kirja li jiftehmu, twieled fenomenu ġdid fis-sena 2000, fejn intqal li tgħid x’tgħid il-liġi, qed jinkiser id-dritt tas-sid. Dan fost aktar punti li ssemmew b’relazzjoni ma’ dan is-suġġett.

“Aħna m’aħnhiex il-Gvern ta’ ‘imbagħad naraw’ ” għalhekk, għada, il-Prim Ministru qal li se jlaqqa’ l-kabinett u l-grupp parlamentari biex tkun implimentat riforma li se tindirizza għexieren ta’ snin ta’ inġustizzja kemm min-naħa tas-sid u anke mill-inkwilin.

Il-prinċipji tar-riforma se jkunu dawn:

  1. Ħadd mhu se jispiċċa bla saqaf fuq rasu.

     2. Dak li jkun ma jitgħabbix b’piżijiet ta’ kera li ma jiflħahomx.

     3. Is-Sidien jingħataw kumpens xieraq għall-propjetà tagħhom skond il-prinċipji stabbiliti mill-qrati.

“Aħna Gvern li jiddeċiedi; għandna fiduċja f’pajjiżna u n-nies għandhom fiduċja fina biex immexxu! Bqajna katalisti għar-riformi. Ma ffukajnhiex biss fuq il-pandemija imma wkoll fuq numru ta’ riformi.”

Semma wkoll ir-riforma tal-użu responsabbli tal-kannabis. Qal kif persuna m’għandhiex tkun arrestata fuq joint. Qal li din l-inġustizzja soċjali ma tistax tibqa’ għaddejja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com