Hamrun u Hibernians Ma Jfallux

 Hamrun u Hibernians Ma Jfallux

Hamrun Spartans rebħu l-konfront tal-ġimgħa meta kontra Gzira United rebħu 2 – 1 fit-tieni logħba fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Franklin Sasere poġġa lill-Spartans fil-vantaġġ fil-27 minuta biex sat-tmiem l-ewwel taqsima l-skor baqa dak ta’ 1 – 0. Claude Dielna fil-79 minuta għamel l-skor 2 – 0 bit-tim ta’ Hamrun jagħmlu ċert mit-tlett punti. Madankollu Gżira naqsu d-distakk meta fil-90 minuta ingħataw penalty li minnhu Martin Davis ma falliex għal skor finali ta’ 2 – 1.

Fil-Hibernians Stadium, Hibernians ħarġu rebbieħa 2 – 0 b’gowl f’kull taqsima. Jake Grech żamm l-appuntament tiegħu mal-gowl hekk kif wara biss żewġ minuti tefa lit-tim minn Raħal Ġdid fil-vantaġġ. Gilmar Ribeiro Da Silva kwarta mit-tmiem skorja t-tieni gowl biex b’hekk għamel ċert mit-tlett punti.

 

Ritratt: Goal.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com