Il-Ħidma Viċin Dawk Li Huma Fil-Bżonn Huwa Għal Qalb Is-Sinjura Lydia Abela

 Il-Ħidma Viċin Dawk Li Huma Fil-Bżonn Huwa Għal Qalb Is-Sinjura Lydia Abela

Mart il-Prim Ministru, Dr. Lydia Abela llum iltaqgħet mat-tmexxija tal-Hospice Malta fejn iddiskutiet il-ħidma li qed issir mal-pazjenti morda bil-kanċer kif ukoll il-qraba tagħhom.

Fuq il-midja soċjali tagħha, is-Sinjur Abela tenniet li flimkien mat-tmexxija tal-Hospice Malta ddiskutew ukoll il-proġett St. Michael Hospice; ċentru ġdid li qed isir ix-xogħol fuqu bil-għan li jintlaħqu aktar persuni li jiġu bżonn is-servizz utli tagħhom.

Fl-14 ta’ Frar li għadda, waqt Maratona ġbir ta’ fondi b’risq Hospice Malta nġabru aktar minn €311,017, grazzi għall-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdex.
Is-Sinjura Lydia Abela saħqet li se tkompli taħdem viċin in-nies u tkun ta’ sapport għalihom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com