Il-Prim Ministru F’Telefonata Ma’ Pete Buttigieg -X’Qalu?

 Il-Prim Ministru F’Telefonata Ma’ Pete Buttigieg -X’Qalu?

Il-Prim Ministru Robert Abela u s-segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti,Pete Buttigieg illum tkellmu għall-ewwel darba fuq it-telefon mill-ħatra ta’ Buttigieg f’din il-kariga mportanti fl-Istati Uniti.

Il-Prim Ministru qal li fit-telefonata ma’ Buttigieg feraħlu u tkellmu dwar il-viżjoni li t-tnejn li huma għandhom għas-settur tat-trasport u l-mira li jaslu għal ekonomija carbon-neutral.

Il-Prim Ministru spjega li jidher ċar li f’dawn l-oqsma “hemm fejn naħdmu flimkien”.

Robert Abela qal ukoll li nnota wkoll kif il-kisbiet li saru fis-settur tad-drittijiet ċivili kienu nnotati anke fl-Istati Uniti.