Il-Vaccum Robot Cleaner Tajjeb Li Tinvesti F’Wieħed?

 Il-Vaccum Robot Cleaner Tajjeb Li Tinvesti F’Wieħed?

Ftit ta żmien ilu xtrajt l-ewwel Vacuum Robot cleaner. Dawn ir-robots huma tajbin ħafna meta jiġu biex iżommu l-art tiegħek nadifa, iżda għandhom bżonn aktar għajnuna milli tista taħseb. L-użu ta robot biex tnaddaf l-art tiegħek huwa ferm aktar faċli milli tiknishom int stess imma hemm xi ftiet affarijiet li għandek tġhati każ.

Kultant jeħlu! Għalkemm huma ġustament famużi għall-kapaċita tagħhom li jsibu triqthom madwar id-dar tiegħek, u jevitaw ostakli bħall-għamara kultant jiġu f’sitwazzjonijiet li ma jkunux jistu joħorġu minnhom.

Trid tnaddaf il-brushes sew! Naddaf il-fdalijiet u x-xagħar li jitgeżwer madwar ir-robot. Din il-proċedura tieħu biss ftit minuti kull darba li tużah.

Poġġi l-base kemmxejn fil-miftuħ, biex tevita li r-robot jkollu problemi biex isib lura triq sabiex ikun jista jittrakka u jerġa’ jiċċarġja l-batterija tiegħu.

Jekk qed timmaġina li r-robot tiegħek inaddaf l-art tiegħek waqt li tkun rieqed, aħsibha mill-ġdid, għaliex dawn jaġhmlu ftit storbju. Mux ser itellfuk milli tkompli taħdem imma ma naħsibx li tkun tista’ torqod waqt li jkun qed jagħmel xogħlu.

Ara li ma tħalliex cables mal-art qabel tibda ċiklu ta’ tindif għax jafu jispiċċaw fir-robot.

Robots aktar moderni qed jagħmlu skennjar tal-post qabel biex jevita żoni b’cables, jew tkun tista’ tuża aċċessorji tal-virtual wall biex timblokkahom.

Dawn ir-robots jistgħu jiffrankawlek min-minuti sa sigħat mill-ħin tiegħek kull ġimgħa u kif ukoll ħafna minn dawn ir-robots jistgħu jiġu pprogrammati u kkontrollati bl-użu tal-ismartphone tiegħek bil-WIFI qabel tasal id-dar jew minn fuq il-post tax-xogħol. tajba e?!

Ritratt: Google 

Xylon Bristow

Xylon Bristow

https://stradarjali.com

Xylon ilu involut fit-teknoloġija għal dawn l-aħħar 13-il sena. Għandu passjoni għal kull tip ta' aġġeġġi teknoloġiċi. Xylon għandu esperjenzi varji fix-xandir fosthom fil-produzzjoni u l-muntaġġ ta' numru ta' produzzjonijiet li kisbu suċċess