Ilbieraħ Kien L-Aħħar Jum Ta’ Simon Schembri Bħala Pulizija – Bintu B’Messaġġ Emozzjonali

 Ilbieraħ Kien L-Aħħar Jum Ta’ Simon Schembri Bħala Pulizija – Bintu B’Messaġġ Emozzjonali
Ilbieraħ kienet uffiċjalment l-aħħar ġurnata ta’ Simon Schembri bħala uffiċjal tal-pulizija wara 25 sena ta’ servizz. Dan qalitu bintu Leah Schembri permezz ta’ post emozzjonali fuq Facebook.
“Nistgħu ngħidu li [matul dan iż-żmien] kien hemm daħq, ferħ, pero’ l-aktar, mumenti koroh. Sfortunatament kellek ittemm is-servizz bi traġedja li kellha impatt kbir fuq ħajtek”, qalet Leah Schembri filwaqt li qalet li hija kburija b’missierha għaliex ħareġ minn din l-esperjenza aktar b’saħħtu.
Bint Simon Schembri tenniet li l-pajjiż jeħtieġ aktar persuni bħal missierha li jagħmlu l-almu tagħhom sabiex iservu lil pajjiżhom u jgħinu lill-ħaddieħor minn qalbhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com