Imut Mgħarraq Missier Il-Goalkeeper ta’ Liverpool Alisson

 Imut Mgħarraq Missier Il-Goalkeeper ta’ Liverpool Alisson

Missier il-goalkeeper ta’ Liverpool Alison Becker miet wara li għerreq hu u jgħum f’xmara fil-Brażil.

Jose Becker, li għandu 57 sena, ilbieraħ kien qiegħed jgħum f’xmara ħdejn ir-residenza tiegħu fin-naħa t’isfel tal-Brażil meta għal xi raġuni li s’issa għada mhux magħrufa sab diffikultajiet u spiċċa miet fil-post. Dan ikkonfermawħ il-pulizija fir-raħal ta’ Lavras do Sul.

Ulied Jose Becker, Alisson u Muriel, huma goalkeepers professjonali bit-tnejn li huma jikkonfermaw l-influwenza ta’ missierhom sabiex huma qabdu din il-karriera.

 

Ritratt: Linda Ikeji

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com