Irregalat L-eqdem Kuntratt Li Fih Jissemma L-Qrendi … Lura Għall-1499

 Irregalat L-eqdem Kuntratt Li Fih Jissemma L-Qrendi … Lura Għall-1499

“Irregalajt lill-Kunsill Lokali ritratt diġitali tal-eqdem kuntratt li hemm reġistrat fl-Arkivju Notarili li fih qed jissemma l-Qrendi: dak marbut ma’ biċċa għalqa b’raba saqwi fl-inħawi tal-Qrendi datat is-7 ta’ Ġunju 1499.”

Hekk kiteb il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija Wara COVID-19 Dr. Owen Bonnici fuq il-profil tal-facebook tiegħu fejn is-Sibt li għadda, f’Jum il-Qrendi, irregala dan ir-ritratt uniku li jkompli jżid l-apprezzament lejn dan il-lokal storikament rikk.

“Umam Clausuram terram ariatam sitam in contrata il carendi” huwa l-kliem miktub fejn permezz tiegħu ssir referenza għall-Qrendi.

Dan jitratta biċċa għalqa b’raba’ saqwi fl-inħawi li jmorru lura tant snin; propju 7 snin wara li kienet skoperta l-Amerka minn Kristofru Colombus. Timmaġinaw?

Dan ir-ritratt diġitali ser isib postu fl-uffiċċju tal-Kunsill, biex il-Qrendin verament iħossuhom kburin bl-istorja sabiħa ta’ dan ir-raħal pittoresk. Prosit tassew!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com