It-Temp Għal Tmiem Il-Ġimgħa

 It-Temp Għal Tmiem Il-Ġimgħa
Analiżi Ġenerali:
Pressjoni baxxa assoċjata ma’ maltemp ser tissaħħaħ fuq l-Italja, filwaqt li pressjoni għolja b’saħħitha fuq il-Ġermanja ser tniżżel kurrenti kesħin Siberjani saċ-ċentru tal-Mediterran mill-Ħadd 14/2.
It-Temp f’aktar dettall
Is-Sibt 13 ta’ Frar:
🌦 Isir pjuttost imsaħħab kultant biċ-ċans ta’ xi ftit xita iżolata [☔️: 60% | ⚡️: 30% | 💨: 75% | 🌈: 35%]
🌬 Moderat (F4) mil-Lbiċ (SW) li jsir qawwi (F6-7) mill-Punent/Majjistral (W/NW) matul il-lejl
🌡 Mass.: 17°C | Min.: 11°C
Il-Ħadd 14 ta’ Frar: 🌨 Isir pjuttost imsaħħab gradwalment, b’ħalbiet tax-xita possibilment bir-ragħad u s-silġ filgħaxija u riħ ġelidu mal-lejl [☔️: 75% | 🌨: 50% | ⚡️: 45% | 💨: 70% | 🌈: 30%]
🌬 Ftit qawwi (F5-6) mill-Majjistral (NW) li jnaqqas (F4-3) u jdur u jsir kiesaħ ħafna u qawwi (F6-7) mit-Tramuntana [N] matul il-lejl
🌡 Mass.: 13°C | Min.: 4°C
NAWGURAWLKOM TMIEM IL-ĠIMGĦA TA’ MISTRIEĦ!
Samuel Cutajar

Samuel Cutajar

https://stradarjali.com

Samuel hu affaxxinat bl-elementi tan-natura, speċjalment minn dawk li joffri t-temp madwarna. Jieħu ħsieb paġna ewlenija dwar it-temp f’pajjiżna. Hu wkoll għalliem u ggradwa fil-psikoloġija. Jgħallem il-mużika u hu anke amministratur fi klabb tal-futbol lokali.