Kritika Għal Din Il-Binja F’San Ġiljan!

 Kritika Għal Din Il-Binja F’San Ġiljan!

Din il-binja f’San Ġiljan, preċiżament fil-bajjar ta’ Spinola qed tiġbed l-għajna għal kull raġuni ħażin, dan għaliex il-faċċata tal-binja storika baqgħet hemm, imma biex isir l-iżvilupp ta’ appartamenti, il-faċċata tal-appartamenti nbniet mad-dawra tal-faċċata l-antika.

Din il-binja prominenti f’din iż-żona ġabet kritika għal kif il-wirt storiku qed nagħtuh bis-sieq waqt li l-bini l-ġdid qed jieħu priorita’ fuq kollox.

Diversi persuni qalu li żgur kien hemm diversi alternattivi oħra dwar kif wieħed jibni ġdid u b’rispett lejn l-antik.

Int x’taħseb?

Fabian Demicoli

Fabian Demicoli

https://www.stradarjali.com

Fabian għandu 32 sena u għandu esperjenza ta’ aktar minn 13-il sena fil-Midja u l-Ġurnaliżmu. Matul il-karriera tiegħu ħadem fuq diversi produzzjonijiet fuq it-televiżjoni bħala Procuder u Preżentatur u bħala ġurnalist investiga diversi stejjer u ġrajjiet importanti.