“L-Akbar U L-Aqwa Avveniment Tal-Mużika Lokali Din Is-Sena” – Jason Micallef Dwar Mużika Mużika

 “L-Akbar U L-Aqwa Avveniment Tal-Mużika Lokali Din Is-Sena” – Jason Micallef Dwar Mużika Mużika

Waqt li lbieraħ tnieda il-Festival Kanzunetta Maltija “Mużika Mużika” Jason Micallef li huwa part mit-tim tal-produzzjoni sostna li “dan se jkun l-akbar u l-aqwa avveniment tal-mużika lokali għal din is-sena”.

Il-Festival se jsir fit-18, 19 u 20 ta’ Marzu bil-parteċipazzjoni tal-aqwa artisti Maltin bil-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u din se tkun produzzjoni televiżiva li tirrispetta l-miżuri kollha tas-saħħa kontra l-Covid-19.

Jason Micallef fuq il-midja soċjali spjega li fost l-artisti li se jipparteċipaw f’dan il-Festival tal-Kanzunetta Maltija se jkun hemm The Travellers, Emma Muscat u Olivia Lewis waqt li se jkun hemm ukoll protagonisti ewlenin tal-Festival Kanzunetta Maltija mis-snin l-imghoddija fosthom, Mary Spiteri, Joe Cutajar, Mary Rose Mallia, Renato, Catherine Vigar, Tony Camilleri, Mike Spiteri, Helen Micallef, Ivan Grech, Debbie Scerri, Paul Giordimaina u tant ohrajn.

Il-preżentaturi tal-festival se jkunu Keith Demicoli, Claire Agius Ordway, Lara Azzopardi, u Sarah Lee Zammit.

Jason Micallef spjega wkoll li fil-festival se jkun hemm is-satira li se tkun fdata lil Gianni Zammit u Lee Ann Abela.

Inħarsu ‘l quddiem biex naraw dan il-Festival!

https://www.facebook.com/JasonMicallefPL2013/posts/3681285998615188

Konkors Televiżiv Grandjuż Tal-Kanzunetta Maltija: Mużika Mużika Bejn It-18 U l-20 Ta’ Marzu

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com