“L-Estremisti Huma Grupp Ta’ Nies Li Jekk Ma Tgħaddix Tagħhom Akkost Ta’ Kollox ikesksu…” – Jason Micallef

 “L-Estremisti Huma Grupp Ta’ Nies Li Jekk Ma Tgħaddix Tagħhom Akkost Ta’ Kollox ikesksu…” – Jason Micallef

Ftit tal-ħin ilu, il-grupp Repubblika sejħet protesta nhar it-Tnejn li ġej l-1 ta’ Marzu fil-5pm quddiem il-Parlament biex “…iġeddu s-sejħa tagħhom għal ġustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia, ma’ familtha u mal-pajjiż kollu.”

Jason Micallef esprima l-ħsieb tiegħu fuq il-midja soċjali fejn tenna: “Għaliex jekk qatt kien hemm bżonn prova ta’ kemm l-estremisti li jsejħu lilhom infushom “repubblika” li mhux veru jridu li ssir ġustizzja fuq l-assassinju tas-Sinjura Caruana Galizia, il-prova waslitilna dil-ġimgħa.”

Dan wara li spjega wkoll li l-estremisti huma grupp ta’ nies li jekk ma tgħaddix tagħhom akkost ta’ kollox, allura jkesksu, ifixklu jew iħarbtu. ‘Hekk Jaħdmu gruppi estremisti madwar id-dinja kollha.”

Spjega kif dan qed isir wara x-xogħol kbir li wettaq il-Korp tal-pulizija bl-arresti kollha li sary, kif ukoll l-istqarrijiet tal-Kummissarju tal-pulizija li ‘fil-fehma tiegħu, kull min kien involut inqabad jew inqabdu.

“… ir-reazzjoni tagħhom kienet waħda ta’ konfużjoni, ħasda, u ngħid jien rabja”, spjega Micallef b’referenza għal Repubblika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com