L-Ewwel Każ Ta’ Persuna Infettata Bil-Virus H5N8 (Bird Flu) Irrappurtat Fir-Russja

 L-Ewwel Każ Ta’ Persuna Infettata Bil-Virus H5N8 (Bird Flu) Irrappurtat Fir-Russja

Ir-Russja rreġistrat l-ewwel każ tal-virus tal-influwenza tat-tjur (bird flu) bl-isem ta’ H5N8. Dan il-virus ġie mgħoddi lill-bnedmin mill-għasafar.

Dan il-każ ġie rrappurtat lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

L-virus H5N8 ġie irrappurt fi tjur f’diversi pajjiż fl-aħħar xhur, fost l-oħrajn fir-Russja, l-Ewropa, iċ-Ċina u l-Afrika ta’ Fuq. Filwaqt li strains oħrajn simili bħal H5N1, H7N9 u H9N2 kienu magħrufa li jinfirxu fuq il-bnedmin, dan l-istrain (H5N8) qatt ma kien ġie trasmess lill-bniedem. Dan il-virus jittieħed ħafna bejn l-għasafar u huwa wieħed letali għalihom iżda qatt qabel issa ma kien ġie irrappurtat li nfirex lill-bnedmin.

Anna Popova, il-kap tas-saħħa ta’ Rospotrebnadzor, qalet li s’issa ma jidher li kien hemm l-ebda sinjal ta’ trasmissjoni bejn il-bnedmin.

 

Maria Desira

Maria Desira

https://www.stradarjali.com

Maria għandha 5 snin esperjenza fil-qasam tat-televiżjoni, il-ġurnaliżmu u l-komunikazzjoni. Il-ftit ħin liberu li għandha tqattgħu ssajjar jew tippjana s-safra li jmiss. Speċjalizzata fir-riċerka soċjoloġika u ppassjonata dwar diversi temi ta' ġustizzja soċjali.