L-Ingilterra Intenzzjonalment Se Tkun Qed Tinfetta Persuni Bil-Coronavirus

 L-Ingilterra Intenzzjonalment Se Tkun Qed Tinfetta Persuni Bil-Coronavirus

L-Ingilterra se jsir l-ewwel pajjiż li se jkun qed jinfetta deliberatament bil-coronavirus lil voluntiera b’saħħithom.

L-għan huwa li jiġi aċċellerat l-istudju xjentifiku dwar il-vaċċini u trattamenti kontra l-Covid-19. Dan se jkun qed jiġ ffinanzjat mill-gvern Ingliż.

L-ewwel stadju ta’ din ir-riċerka se jinvolvi madwar 90 adult, ta’ bejn it-18 u t-30 sena, li se jiġu esposti għall-virus f’ambjent li huwa sikur u kkontrollat. L-għan huwa li jitkejjel l-iżgħar ammont ta’ virus meħtieġ sabiex tiġi ikkawżata infezzjoni, qal il-gvern Ingliż fi stqarrija nhar l-Erbgħa.

Clive Dix, il-kap tat-task force tar-Renju Unit, qal li “għandna assigurat numru ta’ vaċċini siguri u effettivi għar-Renju Unit, iżda huwa essenzjali li nkomplu niżviluppaw vaċċini u trattamenti ġodda għall-Covid-19. Nistennew li dawn l-istudji joffru għarfien uniku dwar kif jaħdem il-virus, li jgħina nifhmu liema vaċċini promettenti joffru l-aħjar ċans li tipprevjeni l-infezzjoni.”

 

Maria Desira

Maria Desira

https://www.stradarjali.com

Maria għandha 5 snin esperjenza fil-qasam tat-televiżjoni, il-ġurnaliżmu u l-komunikazzjoni. Il-ftit ħin liberu li għandha tqattgħu ssajjar jew tippjana s-safra li jmiss. Speċjalizzata fir-riċerka soċjoloġika u ppassjonata dwar diversi temi ta' ġustizzja soċjali.