L-Ixjeħ Persuna fl-Ewropa Tfieq Mill-Covid-19

 L-Ixjeħ Persuna fl-Ewropa Tfieq Mill-Covid-19

Is-soru Franċiża Sister Andre hija l-ixjeħ persuna fl-Ewropa u twieldet fl-1904.

Fis-16 ta’ Jannar 2021 hija ġiet pożittiva għall-coronavirus iżda kienet bla sintomi, tant li qalet lill-midja Franċiża li lanqas biss irealizzat li kellha l-Covid-19. Għal diversi ġimgħat Sr Andre kienet f’iżolament iżda fl-aħħar sigħat ġiet iddikjarata mfejjqa mill-Covid-19.

Għada l-Ħamis se tkun qed tiċċelebra għeluq sninha u se tagħlaq 117-il sena.

Persuni li jmexxu d-dar tal-anzjani tkellmu mal-midja lokali u qalu li l-anzjana ma wriet l-ebda biża. Hija stess qalet lill-midja li mhiex imbeżża li tmut għax minkejja li hi kuntenta fid-dinja qalet li tixtieq terġa’ tingħaqad ma’ ħuwha u n-nanniet tagħha. Tant kemm ma kinitx inkwetata mill-effetti li seta’ jkollha minħabba l-Covid-19, li hija aktar staqsiet mistoqsijiet dwar jekk hux se tkun tinbidel ir-rutina tagħha milli mistoqsijiet dwar il-coronavirus nnifsu.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com